Il-vittma tal-qtil f’San Ġiljan nhar il-gimgħa aġixxiet biex dak li hu suspettat bil-qtil tagħha seta joħroġ mill-ħabs waqt li qed jinstemgħu każi fil-konfront tiegħu.
Qed tirrapporta dan l-orizzont li fil-faċċata rrappurtat li l-vittma Caroline Magri ħadet jgħix magħha lill- allegat qattiel Djibril Ganiou, biex seta ingħata l-ħelsien mill-arrest.
Bħalissa, l-akkużat, qed jingħata kura psikjatrika u għalhekk il-Pulizija kellha tissospendi l-interrogazzjoni tiegħu. Dan jiġri biex fil-qorti d-difiża qatt ma tkun tista tuża l-argument li l-akkużat ma kienx f’sikktu. Il-vittma nqatlet b’daqqiet ta’sikkina f’għonqha u zaqqha f’dak li jixbaħ qtil ta’passjoni.