Aġġornata: Il-Kunsill Lokali tal-Qrendi jixtieq jirringrazzja lill-ħaddiema tal-VPRD mill-Biċċerija kif ukoll lill-ħaddiema tal-Animal Welfare għall-għajnuna tagħhom sabiex setgħu jinqabdu erbat iħnieżer li kienu qegħdin jiġru f’żewġ żoni differenti fil-Qrendi.
Aktar kmieni
Avviż mhux tas-soltu kien ippublikat dalgħodu mill-Kunsill Lokali tal-Qrendi.
“Nixtiequ ninfurmaw lill-pubbliku li fi Triq it-Tempesta hemm tliet iħnieżer, magħrufa aħjar bħala ‘potbelly’, li jidher li jew ħarbu minn xi razzett inkella ġew mitluqa hemmhekk.
L-ewwel nett inħeġġu lil dawk li jgħaddu jimxu sabiex joqgħodu attenti u ma jippruvawx imissuhom, minħabba li jistgħu jagħmlu għalikom, u nħeġġu li jekk tafu lil min ħarbu tinfurmawh mill-aktar fis.
Min-naħa tal-Kunsill Lokali qegħdin nagħmlu dak kollu possibbli biex dawn il-ħnieżer jinġabru malajr kemm jista’ jkun”.