Darren Galea ġie kkundannat sentejn ħabs sospiżi għal tliet snin wara li nstab ħati li ta n-nar kamra f’għalqa f’Ħ’Attard wara argument li kellu ma’ Philip Cutajar li kien juża din il-kamra għall-insib.
Huwa u jwettaq dan ir-reat, ir-raġel ta’ tmienja u tletin sena minn Birkirkara sofra xi ħruq u kellu jingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei.
Cutajar qal lill-pulizija li huwa kellu suspett fi tliet persuni fosthom l-akkużat, kemm għax kellhom xi jgħidu ma’ xulxin u kemm għax sema’ li dakinhar stess, l-akkużat kien iddaħħal l-isptar minħabba ħruq.
Wara li l-Pulizia kellmet lill-akkużat huwa ammetta li kellu kwistjoni ma’ Cutajar.