Dan il-Milied, il-Bambin jagħlaq sena. Il-Pasturi ta’ Selmun jiddeċiedu li jagħmlulu l-quċċija. Iżda jinqala’ l-inkwiet meta r-Rieqed jorqod u l-Bambin jisparixxi. Tgħid il-Bambin ħarab, jew serquh? Fejn mar? Fejn ħaduh? Tgħid l-Għaġeb, ir-Rieqed, il-Kaċċatur, il-Mara tal-Ħatab, Il- Mara tal-Bir u l-Furnara għad isibuh lil Ġesu? U l-Gawgaw, il-mostru Malti tal-Milied, x’qiegħed jagħmel f’dan il-Presepju?
Ejjew u taraw dan il-Presepju Malti ħaj b’differenza, nhar il-Ħadd 18 ta’ Diċembru 2016, fiċ- Ċentru tal-Viżitaturi Selmun-Imġiebaħ (faċċata tal-Palazz). Id-dħul u parkeġġ huma b’xejn. Ħinijiet: 11:00am, 1:30 pm, 2:30pm, 3:30pm. Fl-4:30pm purċissjoni bil-Bambin miċ-Ċentru tal-Viżitaturi għall-Kappella ta’ Selmun u wara Prietka tat-Tifla fil-kappella.
Minbarra l-Presepju ħaj wieħed isib għadd ta’ stalls b’affarijiet, tradizzjonijiet u ikel tal- Milied.
Din l-attivita qiegħed tittella’ mill-għaqda Arkeo, Assoċjazzjoni Residenti Selmun kif ukoll bil- kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali Mellieħa.