Il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte b’messaġġ ta’ kuraġġ u tama tenna li l-pajjiż issa qed jimxi lejn l-aħħar fażi fit-tnaqqis ta’ restrizzjonijiet tal-lockdown. Conte qal li ħaqqna nerġgħu nitbissmu u nkunu kuntenti wara ġimgħat ta’ sagrifiċċju.
Filwaqt li sostna li dan huwa l-mument sabiex toħroġ riforma ekonomika għal pajjiż.
Dan tħabbar fl-istess jum li l-Italja ħabbret li ser tagħti permess ta’ vvjaġġar bejn ir-reġjuni u tiftaħ il-fruntieri tagħha.