Għar-raba’ darba konsekuttiva, ħanut tal-ħwejjeġ fil-Ħamrun reġa’ safa fil-mira tal-ħallelin. Kien għall-ħabta tas-2:00 ta’ dalgħodu fi Triq il-Kbira San Ġużepp fil-Ħamrun li sar rapport dwar sgass f’ħanut tal-ħwejjeġ, dan wara biss tmint ijiem li sidt il-ħanut kienet għadha kif irranġat il-ħġieġ tal-ħanut wara li saru ħsarat waqt l-aħħar serqa.
Din hi r-raba’ darba li dan il-ħanut reġa’ safa fil-mira ta’ sgass u serqa oħra, bil-ħġieġ tal-ħanut jerġa’ jispiċċa mkisser mill-ħallelin li serqu wkoll xi flus kontanti.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan il-każ.