Ħanut rinomat li jbigħ il-kompjuters f’Santa Venera safa vittma. Il-każ seħħ fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu.
Sid il-ħanut sab it-twieqi tan-naħa ta’ quddiem mkissra.
Meta marret fuq il-post, il-pulizija sabet li nsterqu xi kompjuters u appart elettroniku ieħor.
L-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.