Ħanut tal-merċa kellu jiġi evakwat wara li nħakem min-nirien.
Il-każ seħħ it-Tlieta għall-ħabta tal-16:10 fi Triq Pawlu Borg fis-Swatar.
Immedjatament fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li bdew b’ħidma sabiex jitfu n-nirien. Intalbet ukoll l-assistenza t’ambulanza b’tim mediku mill-isptar Mater Dei. Sa issa għadu mhux magħruf jekk kienx hemm xi nies li kellhom bżonn l-assistenza medika.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.