It-timijiet tal-Irġiel u tan-Nisa ta’ Swieqi rebħu l-kampjonati nazzjonali tal-Handball.
Swieqi Media Troopers Phoenix rebħu l-kampjonat tal-ewwel diviżjoni tan-nisa tal-Handball meta qalbu żbilanċ ta’ erba’ gowls mill-ewwel leg tal-finali tal-play-off biex għelbu lil Kavallieri RS2 bl-iskor ta’ 24-14. Dan kien l-ewwel Kampjonat tan-Nisa tal-1 Diviżjoni mirbuħ fl-istorja tagħhom.
Riżultati kollha tal-Play Offs (Nisa):
Game 1: Swieqi Media Troopers Phoenix 26-30 Kavallieri RS2
Game 2: Kavallieri RS2 14-24 Swieqi Media Troopers Phoenix
Fl-1 Diviżjoni tal-Irġiel, Swieqi Bajada New Energy għelbu l-isfida ta’ La Salle b’rebħiet konvinċenti fiż-żewġ fionali tal-play offs. Fit-tieni finali huma kabbru l-vantaġġ ta’ 6 gowls wara rebħa oħra kontra La Salle. Huma b’hekk ġew inkurunati champions għat-tielet darba konsekuttiva.
Riżultati kollha tal-Play Offs (Irġiel):
Game 1: Swieqi Bajada New Energy Phoenix 30-24 La Salle
Game 2: La Salle 20-29 Swieqi Bajada New Energy Phoenix
(Photo Credit: Jonathan Bugeja)