Ħamsin sena ta’ kisbiet għall-kumpanija TBWA. Kumpanija li nibtet minn ħolma ta’ żagħżugħ u li llum hi waħda mill-kumpaniji ewlenin tal-branding f’pajjiżna.
Waqt żjara f’riċeviment biex jiġi ċċelebrat dan l-anniversarju, il-Prim Ministru Joseph Muscat esprima l-gratitudni tiegħu lejn dawk kollha, inkluż il-diriġenti ta’ din il-kumpanija, li tul is-snin ħadmu qatiegħ biex in-negozju tagħhom ma jkunx biss sors ta’ qliegħ, imma wkoll post fejn klijent isib ir-rispett dovut b’servizz t’eċċellenza.
Il-Prim Ministru għamel aċċenn ukoll għall-fatt li din il-kumpanija għaddiet minn ġenerazzjoni għall-oħra. Fatt li hu turija tas-suċċess u tal-legat li nbena tul is-snin.
Il-moħħ wara din il-kumpanija, Godfrey Grima, stqarr li minkejja li llum il-kumpanija għanda ħafna kisbiet u suċċessi, iċ-ċavetta għal dan kollu kienet il-perseveranza u r-rispett lejn il-ħaddiema u l-klijenti tal-kumpanija.