Il-Pulizija tal-Kanada kkonfermaw li qed jinvestigaw possibiltà ta’ attakki terroristiki wara numru ta’ inċienti li seħħew f’Edmonton f’Alberta s-Sibt filgħaxija.
Huma qalu li uffiċjal tal-Pulizija li kien qed jikkontrolla t-traffiku waqt logħba futbol meta ntlaqat minn vettura u ġie attakkat b’sikkina.
Raġel li kien qed isuq vann baqa’ għaddej isuq fejn laqat minn tal-inqas ħames persuni li kienu fuq il-bankina fejn ġie arrestat sagħtejn wara.
Il-Pulizija sostnew li f’waħda mill-vetturi nstabet bandiera tal-grupp terroristiku Daesh.