Ħames persuni mietu u mill-inqas erbgħin sfaw midruba wara li persuna b’vann saqet mal-bankina f’Westminster. Ilbieraħ ukoll pulizija miet b’daqqiet ta’ sikkina, u ftit wara l-agressur inqatel b’tiri mill-Pulizija qrib il-Parlament Ingliż.
L-uffiċjal mejjet huwa PC Keith Palmer, ta’ 48 sena, li jidher fir-ritratt hawn taħt. Huwa missier u Pulizija.
Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May iddsekriviet l-attakki bħala “sick” u “depraved”, filwaqt li spjegat li jolqtu l-valuri tal-ħelsien, id-demokrazija, u l-libertà tal-espressjoni.
Isem l-agressur għadu ma ġiex komunikat mill-Pulizija. Madanakollu aktar jafu min hu u kien ispirat minn terroriżmu internazzjonali relatat mal-Istat Iżlamiku.