F’ Ħadd il-Għid waranofsinhar il-pulizija arrestat ħames persuni wara sejba ta’ droga f’ kamra f’ lukanda fi triq il-Flotta fil-Gżira.
Dan seħħ wara li allegatament il-Pulizija waslitila informazzjoni li koppja assoċjata ma’ traffikar ta’ droga kriet kamra f’ lukanda sabiex minnha allegatament tittraffika d-droga.
Fost l-arrestati hemm erbat irġiel u mara.
Iżda raġel minnhom ta’ tlieta u erbgħin sena ħassu ħażin waqt li kien fil-lock up tal-Pulizija wara li allegatament kien taħt l-effett qawwi tad-droga.L-operazzjoni tal-arrest saret wara jiem ta’ sorveljazzjoni mill-Pulizija tal-għassa ta’ Tas-Sliema, u kienu għal ħabta tas-siegħa ta’ wara nofs in-nhar ta’ Ħadd il-Għid lill-istess Pulizija ċċrkondat il-lukanda u daħlet fil-kamra.
Kien hawn li l-Pulizija qabdet fil-fatt il-koppja tbiegħ id-droga lil tlett persuni oħra.
Allegatament fir-rejd il-Pulizija sabu numru ta’ pakketti b sustanza allegatament kokaina u eroina u oġetti relatati, u kif ukoll mal-erbat elef ewro fi flus kontanti.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta maġisterjali mmexxija minn Francesco Depasquale.
Mhux eskluż li wħud mill-arrestati jitressqu l-qorti akkużati bi traffikar ta’ droga.
L-operazzjoni saret mill-Pulizija tal-Għassa ta’ Tas-Sliema flimkien mar-Rapid Intervention Unit.