Iċ-ċampjins renjnati Hamrun Spartans bdew id-difiża tat-titlu b’rebħa ta’ 1 – 0 fuq Balzan f’logħba dominata minn ħafna logħob f’nofs il-grawnd bi ftit li xejn azzjonijiet ta’ periklu.
L-Spartans ħadu l-inzjattiva u wara disa minuti kellna kross ta’ Joseph Mbong iżda d-daqqa ta’ ras ta’ Duranovic ġiet salvata minn Golovic bla diffikulta.
Minn hawn il-quddiem il-partita saret waħda tattika ferm bl-ebda tim ma’ jħalli spazzji u għalhekk ħadd ma’ rnexxilu joħloq periklu sakemm żewġ minuti minn tmiem l-ewwel taqsima konklużjoni ta’ Da Silva ta’ Hamrun għaddiet ftit barra.
Hamrun ħarġu ftit iżjed aggressivi fit-tieni 45 minuta u filfatt fl-ewwel azzjoni tagħhom resqu qrib meta minn free-kick ta’ Prsa, d-daqqa ta’ ras ta’ Steve Borg għaddiet ftit barra.
Ma’ ftit aktar min siegħa logħob Hamrun irnexxilhom jmorru fil-vantaġġ meta korner qasir ta’ Prsa lejn Montabello bl-ex Birkirkara jikkrossja u Johnny Do Nascimento b’daqqa ta’ ras sab ix-xibka avversarja.
L-awtur tal-gowl mill-ġdid kien viċin it-tieni gowl meta x-xutt b’saħtu tiegħu spiċċa barra.
Lejn it-tmien Balzan pruvaw joħolqu periklu iżda d-difiża ta’ Hamrun kien kompotta biex evetwalment irnexxilhom jieħdu l-ewwel tlett punti staġjonali.
Referee: Daniel Portelli
BOV Plejer tal-Logħba: Johnny Do Nascimento (Hamrun S.)