It-tim ta’ Ħamrun Spartans rebħu l-11-il kampjonat tal-Premier fl-istorja tagħhom wara li għelbu lill-eqreb rivali, Birkirkara, bl-iskor ta’ 1-0 quddiem grawnd ippakkjat f’Ta’ Qali.
Dan kien ukoll it-tielet titlu konsekuttiv għat-tim Ħamruniż.
F’logħba missielta għall-aħħar, għaċ-champions skorja Roko Prsa fit-63 minuta.
Dik tal-lum kienet meqjusa minn ħafna dilettanti bħala l-partita tal-istaġun, fejn diversi Karkariżi u Ħamruniżi, kif ukoll fanatiċi tal-futbol Malti, kienu qed jistennew b’entużjażmu kbir.
Il-partita, li bdiet fis-6:00 p.m., b’għadd ta’ partitarji jaħsbulu minn qabel biex jimlew kull rokna tal-Istadium Nazzjonali, xi ħaġa li kienet ilha ma tidher għal numru ta’ snin.
Fil-fatt kull rokna tal-grawnd kienet ippakkjata bil-kuluri sofor u ħomor fuq naħa, u aħmar u iswed fuq in-naħa l-oħra, biex jagħtu l-appoġġ lill-benjamini tagħhom.

