Minkejja li għamlu dak kollu possibli sabiex l-avventura Ewropeja ma’ tintemx, Hamrun Spartans ġew miżmuma minn FK Partizan Belgrade fid-draw ta’ 3 – 3 fit-tieni leg tal-playoffs tal-UEFA Ewropa Conference League.
L-Spartans riedu akkost ta’ kollox jerbħu din il-partita wara li fl-ewwel leg away ġew megħluba mit-tim mis-Serbja 4 – 1.
Hamrun marru fil-vantaġġ fil-27 minuta permezz tal-midfielder Prsa iżda dan il-gowl vantaġġ ma tantx dam għaliex fl-34 minuta Ricardo Gomes għamel kollox indaqs għal 1 – 1 sal-interval.
Il-partita ħadet xejra oħra fl-aħħar għoxrin minuta fejn ġew skurjati xejn anqas minn erba’ gowls.
Partizan għal ewwel darba fil-vantaġġ fil-72 minuta permezz ta’ Urosevic bl-awtur tal-ewwel gowl Ricardo Gomes jagħmel l-skor 3 – 1 fil-78 minuta.
Ir-rispota ta’ Hamrun kienet immedjata tant li fil-82 minuta ingħataw penealty li minnhu Vinicius ma’ żbaljax għal 3 -2. L-Spartans żiedu fl-sforzi tagħhom u f’attakk ieħor huma ingħataw penalty ieħor li minnhu Fedele ma’ żbaljax għal 3 – 3.
Minkejja l-sforzi u l-wirja kollettiva ta’ Hamrun, huma ġew eleminati b’aggregate ta’ 7 – 4.
Ritatt: Hamrun Spartans Media