Ħamrun Spartans huma ċ-champions tal-Kampjonat Priemer għad-disa’ darba fl-istorja tagħhom.
Dan wara li s-Sibt waranofsinhar, fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, Ħamrun rebħu bl-iskor ta’ 1-0 kontra Gżira United.
Il-gowl tar-rebħa wasal fit-tmenin minuta u dan ġie skurjat minn Luke Montebello.
Dan huwa t-tieni kampjonat għal Ħamrun Spartans fi tliet snin, taħt it-tmexxija ta’ Joseph Portelli.
F’dan l-istaġun ukoll, Ħamrun Spartans kienu pass ’il bogħod milli jidħol fil-fażi tal-gruppi tal-Europa Conference League u kien l-iżjed tim Malti fl-istorja li wasal daqshekk f’kompetizzjoni Ewropea.