Se jkunu Ħamrun SC NCMB u Marsascala Futsal li se jikkontestaw il-finali tal-Enemed Challenger Cup hekk kif għelbu lill-avversarji rispettivi tagħhom fis-semifinali.
Ħamrun sabuha ferm faċli li jiksbu l-kwalifikazzjoni minn fuq GZR Birżebbuġa tant li rebħulhom 6-0.
Sebastian David Jimenez u Collin Sammut skorjaw doppjetta kull wieħed filwaqt li Hamza Harrat u Justin Theuma kabbru l-iskor għall-Ħamruniżi. Referees kienu Clinton Cassar u Danilo Francalanza.
Mhux l-istess jista’ jingħad għal Marsaskala hekk kif batew ferm sabiex għelbu lis-selezzjoni Maltija ta’ taħt id-19-il sena 5-4. Minkejja li kienu minn taħt, iż-żgħażagħ Maltin dawru l-iskor favurihom għal darba darbtejn u baqgħu fil-logħba għalkemm fl-aħħar ikkonċedew il-gowl li ċaħħadhom mill-finali. Min-naħa ta’ Marsaskala, huma jridu jtejbu l-wirja tagħhom jekk iridu jiksbu t-titlu.
Jovica Milijic kien awtur ta’ doppjetta filwaqt li Amir Ashtiyani, Bertram Azzopardi u awtogowl ta’ Xylon Mercieca kienu l-awturi tal-gowls tal-Iskalin. Aiden Buhagiar, Xylon Mercieca, Andrej Trajkovski u Charles Emeric Coulaud skorjaw il-gowls tas-selezzjoni Maltija ta’ taħt id-19-il sena. Referees kienu Stephen Vella u Marco La Rosa.
Mill-Enemed Premier League, Ta’ Xbiex Futsal u Swieqi United LEC07 spiċċaw fi draw ta’ 4-4. F’din il-partita bilanċjata, Giancarlo Sammut u Juan David Bautista Conde skorjaw doppjetta kull wieħed għal Ta’ Xbiex, bi Swieqi jirrispondu grazzi għad-doppjetta ta’ Alexander Javier Sanchez Dominguez u gowls oħrajn ta’ Claudio Venuto u Marcelo Ezequiel Alarcon. Referees kienu Andrea Naudi u Sillah Alhasana.
Marsaskala kienu involuti f’logħba oħra, aktar kmieni l-ġimgħa l-oħra fejn huma ġew megħluba mill-Universita’ ta’ Malta 6-5. Joseph Stewart Baquero Gonzalez u Jose Cristian Fernandez skorjaw doppjetta kull wieħed filwaqt li Steven Camilleri u Mohamed Elamari żiedu aktar gowls għall-Universitarji. Jovica Milijic skorja tripletta għal Marsaskala li kellhom ukoll lil Jean Noel Azzopardi u Bertram Azzopardi li wkoll sabu x-xibka. Referees kienu Andrea Naudi u Matthias Buttigieg.
Ritratt: Terry Caselli