Hamrun Spartans sfaw miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Sliema Wanderers.
Qabel il-logħba ingħataw żewġ flokkijiet kommemorattivi minn Hamrun Spartans lil Steve Borg u Emerson Marcelina, tal-ewwel wara li lagħab 300 logħba fil-Premier, u t-tieni wara li lagħab 200 logħba fl-istess diviżjoni.
Hamrun Spartans fetħu l-iskor proprju fl-ewwel azzjoni perikoluża li ħolqu fid-29 minuta, meta l-iskorer prolifiku internazzjonali Malti Luke Montabello, qabeż player avversrju, avvanza fil-kaxxa u venven xutt b’saħħtu li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper tal-Wanderers, Rashed Al Tumi.
Sliema wieġbu fil-45 minuta eżattament qabel tmiem l-ewwel taqsima permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Karim AbuBAkaar li għaddiet sbrixx fuq il-mimduda.
L-azzjoni sussegwenti waslet biss fit-62 minuta bi Sliema jkunu huma li joħolqu l-periklu meta s-sostitut Geoffrey Edwin Achemapong xeħet cross fil-kaxxa li iżda ġie interċettat mill-goallkeeper ta’ Hamrun, Henry Bonello.
Il-Wanderers bdew juru ċerta personalitá fil-ground u erba’ minuti wara, meritatament ġabu l-iskor indaqs meta wara taħwida fil-kaxxa, Geoffrey Edwin Acheampong, żmarkat tefa’ l-ballun wara Henry Bonello.
Kulma jmur kompla d-dominju tal-Wanderers u fil-75 minuta, cross ta’ Denis Kouao ġie interċettat tajjeb minn Bonello.
Hamrun wieġbu żewġ minuti wara meta freekick tal-ispeċjalista Kroat, Roko Prsa, ġie devjat f’corner bi bravura minn Al Tumi.
Referee: Alex Johnson
Plejer tal-Logħba: Geoffrey Edwin Acheampong (Sliema W.)