Wara l-eliminazzjoni mill-IZIBET FA Trophy għas-spejjeż ta’ Birkirkara, Hamrun Sparatns wettqu tpattija pożittiva fuq l-Istripes meta għelbuhom bl-iskor ta’ 2-0, biż-żewġ goals għalihom jaslu wieħed f’kull taqisma, minn doppjetta personali ta’ Luke Montebello.
B’hekk huma komoplew iżommu l-pass mal-leaders Floriana hekk kif jinsabu żewġ punti biss taħthom fejn kollox qed jindika li l-konfront ta’ qabel tal-aħħar tal-kampjonat bejn iż-żewġ timijiet jista’ tabilħaqq ikun deċisiv.
Hamrun kellhom lil Uros Durnaovic sospiż waqt li l-goalkeeper internazzjolai makti Henry Bonello reġa’ kien nieqes għalihom minħabba injury. Dan filwaqt li l-captain Steve Borg ma kienx mal-ewwel 11, biex assuma r-responsabbiltajiet ta’ captain minfloku, Emerson Marcelina.
Dan il-konfront immarka wkoll konfront bejn żewġ aħwa – Joseph Essien Mbong għal Hamrun u Paul Mbong għal Birkirkara.
Kien biss fl-20 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota, b’Hamrun ikunu huma li joħolqu l-periklu meta l-iskorer prolifiku Luke Montebello kellu cross-shot insidjuż jiġi devjat f’corner minn difensur ta’ Birkirkara.
Huma fetħu l-iskor żewġ minuti biss wara meta Ryan Camenzuli kellu x-xutt tiegħu mid-distanza jiġi devjat għal ġewwa minn Luke Montebello, fost id-delirju ta’ ferħ tal-partitarji numerużi Ħamruniżi.
Kulma jmur kompla d-dominju tal-Ispartans u fit-32 minuta, freekick insidjuż mid-distanża tal-Kroat Roko Prsa għadda ftit barra.
Dan sabiex tliet minuti wara Hamrun kellhom f’saqajhom il-ballun tat-tieni goal meta Elionay Freitas Da Silva minn taħt il-lasta indirizza l-ballun għal ġewwa iżda pront kien Simon Zibo li ddevja l-ballun f’corner, biex irriżulta bħala l-eroj għall-Istripes.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Hamrun komplew fejn ħallew fl-ewwel waħda u fid-49 minuta rebħu penalty meta l-goalkeeper Pollakk ta’ Birkirkara, Marcel Zapytowsky, waqqa’ lil Jonny fil-kaxxa. Mill-11-il metru, inkariga ruħu Luke Montebello li ma żbaljax hekk kif permezz ta’ xutt b’saħħtu tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.
Huma komplew jiddettaw il-logħob u fl-54 minuta Joseph Essien Mbong avvanza tajjeb iżda sab lil Zapytowski attent li ħareġ barra minn postu biex salva kull periklu.
U biex l-affarijiet ikomplu ġejjin ħażin għall-Istripes, fis-67 minuta, huma spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa għalihom Ali Diakite wara li rċieva żewġ karti sofor fil-partita, biex b’hekk l-istess player tkeċċa darbtejn fi ftit jiem wara li kien tkeċċa fl-IZIBET FA Trophy kontra l-istess Hamrun, dakinhar permezz ta’ karta ħamra diretta.
Birkirkara wieġbu għall-ewwel darba fl-74 minuta permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Paul Mbong wara li l-goalkeeper Taljan Federico Marchetti nqabad barra minn postu, iżda t-tentattiv tiegħu stampa mal-mimduda, b’Hamrun jeħilsuha ħafif.
Hamrun komplew jamministraw il-vantaġġ doppju li kellhom sa tmiem il-partita
Referee: Slobodan Petrovic
BOV Plejer tal-Logħba: Luke Montebello (Hamrun S.)