Fil-partita li kellna l-Ħadd wara nofsinhar fl-Stadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, Ħamrun Spartans għelbu lil Floriana bl-iskor ta’ 2-1.
Żewġ timijiet b’għanijiet partikolari fejn Hamrun Spartans bil-bżonn tal-punti sabiex jitilgħu aktar il-fuq fil-klassifika, filwaqt li Floriana b’rebħa kienu jilħqu lil Birkirkara fil-quċċata wara d-dro ta’ 1-1 li kellhom kontra Sliema Wanderers.
Fis-seba’ minuta, r-referi ordna penalty favur Hamrun Spartans wara li Raphael Lopes Silva twaqqa fil-kaxxa f’kuntrast li kellu ma’ Carlo Zammit Lonardelli. Mill-11 il-metru s-solitu Luke Montabello ma’ żbaljax u poġġa lill Hamrun fil-vantaġġ.
Fl-44 minuta Hamrun Spartans jirdoppjaw l-iskor meta għal darb’oħra jkun Luke Montabello li b’xutt tajjeb mill-kaxxa l-kbira tefa’ l-ballun fix-xibka għat-tieni d-darba.
Fil-bidu tat-tieni taqsima l-kowċ ta’ Ħamrun Spartans Alessandro Zinnari għamel l-ewwel bidla billi daħħal lil Gabriel Vella minflok Luke Montebello. Dan tal-aħħar weġġa’ f’impatt li kellu meta ġie ffawljat qabel tmiem l-ewwel taqsima.
Min-naħa l-oħra l-kowċ ta’ Floriana Darren Abdilla daħħal lil Kyrian Nwoko minflok Fernando Augusto Rodrigues De Araujo u lil Owen Spiteri minflok Cedric Yameogo.
Floriana fetħu fuq l-offensiva fit-taqsima permezz ta’ Dunstan Vella li ta lejn Zammit Lonardelli li mix-xutt tiegħu l-ballun għadda bi ftit barra.
Fit-53 minuta, Floriana naqsu l-iskor permezz tas-sostitut Kyrian Nwoko li mill-viċin u f’pożizzjoni xi ftit angulata għeleb lil Henry Bonello.
Ħamrun kienu ferm perikolużi fil-75 minuta meta Ryan Camenzuli, li daħal jilgħabu fit-tieni taqsima, qassam lejn Talison Lui Barbosa li mill-viċin ra lil Mafoumbi jsalva f’corner.
Minn hawn il-quddiem Hamrun irnexxilhom jikkontrollaw lill-avversarji biex rebħu l-konfront 2 – 1.
Referee: Philip Farrugia
Plejer tal-Logħba: Luke Montabello