Iċ-chief of staff tal-Prim Ministru Keith Schembri qal li għaddew ħamest ijiem minn meta Simon Busuttil u Daphne Caruana Galizia allegaw li l-kumpanija tiegħu ġiet użata biex jiġu trasferiti miljuni ta’ fondi li suppost ġejjin mill-Ażerbaijan. Sal-ġurnata ta’ llum, pero, kemm Simon u kemm Daphne naqsu milli jġibu prova waħda dwar l-allegazzjonijiet li qed jagħmlu.
Żied jgħid li Daphne Caruana Galizia lanqas biss aċċettat t-talba sempliċi u ġusta li l-libell li fetaħ kontriha jinstema’ b’urġenza.
Schembri nnota li kieku Simon u Daphne verament jemmnu fl-allegazzjonijiet li qed jagħmlu, m’ghandhom isibu l-ebda diffikulata biex joħorgu il-provi.
Minbarra dan, żied jgħid Schembri, illum Simon u Daphne iddecidew li ikomplu bil-gideb billi qalu li, illum, poġġa l-kumpanija tiegħu f’likwidazzjoni t’ ‘emerġenza’. Speċifika li l-kumpanija ilha f’likwidazzjoni mit-22 ta’ Jannar 2017.
Schmembri kkonkluda li huwa evidenti li Daphne Caruana Galizia u Simon Busuttil huma determinati li jkomplu jigdbu, f’attentat ċar biex inessu t-taħwid intern li preżentament jinsab maħkum minnu l-Partit Nazzjonalista.