Ħamest irġiel ġew arresati b’rabta ma’ traffikar u pussess ta’ droga f’Għawdex.
Dan wara jiem ta’ osservazzjoni u tfitxijiet f’diversi postijiet mill-Pulizija mill-iskwadra ta’ kontra d-droga fi stabbiliment f’Għajnsielem.
Hawnhekk il-Pulizija, arrestat tlett irġiel li għandhom 59, 30 u 22 sena wara li nstabet sustanza suspettata kaokaina fil-pussess tagħhom.
Barra minn hekk, saru tfittxijiet li fix-Xagħra bil-Pulizija ssegwi vettura. Iż-żewġt irġiel ta’ 20 u 21 sena li kienu fiha nstabu fil-pussess tas-sustanza kannabis lesta għat-traffikar.
Fi stqarrija l-pulizija qalet kif l-irġiel qed jinżammu fil-lock up fil-Furjana għal aktar stħarriġ filwaqt li mistennija jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.
Dwar dan il-każ il-Maġistrat tal-Għassa Dr Bridgette Sultana ħatret inkjesta filwaqt li l-Pulizija għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet.