Lejn l-aħħar ta’ Jannar tas-sena li għaddiet, it-taqsima tal-klieb maghrufa bħala l-K9 kellha ż-żieda wara li kelba veterana welldet sebat iġriewi.
Ħamsa minnhom, Kira, Tuzzi, Janco, Sky u Chase, irnexxielhom itemmu b’suċċess il-programm kollu ta’ taħriġ fix-xogħol pulizjesk, u llum bdew bil-ħidma tagħhom biex jipproteġu lill-pubbliku.
Is-Surġent Matthew Attard, mit-Taqsima tal-K9 esprima s-sodisfazzjon tiegħu għas-success ta’ dan il-programm.
Il-ġenituri tagħhom huma s-Surgenta Kiva u s-Surgent Axe, li għadhom jaqdu dmirjiethom fil-korp tal-Pulizija.
Żewġt iklieb li kien parti kruċjali mill-pjan li wassal biex il-Korp żdied b’ħamest iklieb oħra.
Is-Sur Attard spjega li erbgħa minn dawn il-klieb huma mħarrġa fit-tiftix, waqt li l-ħames wieħed tħarreġ biex jipproteġi l-pubbliku.
Waqt li z-zjara tagħna fit-Taqsima tal-Klieb fil-Mosta osservjana l-ħiliet u l-ubbidjenza li għandhom lejn il-handlers tagħhom u l-ħila li jxommu l-irwejjaħ.
Is-Surġent Christoper Formosa spjega t-taħriġ li ngħtaw il-klieb qabel ingħaqdu fil-korp.
Tul il-programm il-klieb tgħallmu jagħrfu bosta ħsejjes, nies differenti, ambjent differenti u kif ukoll uċuħ differenti tal-art.
Il-ħamest iklieb li llum qed iqarrbu s-sentejn ħadmu qatigħ waqt il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropa, filwaqt li issa qed ikomplu bid-dmijirijiethom biex jiġġieldu l-kriminalità.