Ingliż li nstab ħati li pprova jifga u ħebb għal martu kien ikkundannat ħamest ijiem ħabs.
Il-każ imur lura għall-aħħar ta’ Ġunju li għadda meta r-raġel ġie mixli li beżża’, uża l-vjolenza, heddidha u insulentaha waqt li hu kien taħt l-effett tal-alkoħol.
Fix-xhieda tagħha l-mara qalet kif sawwatha filwaqt li beda jgħajjarha.
Minn naħa l-oħra r-raġel qal li kellu l-problemi ma’ martu minħabba li t-tifla tal-mara kienet involuta f’kumpanija ħażin.
Ir-raġel ammetta li kien xurban u kien ikkundannat ħamest ijiem ħabs wara li ġie kkunsidrat li l-mara ħafret lil żewġha u r-relazzjoni bejniethom tjiebet.