Ħames timijiet jinsabu fl-ewwel post tal-Enemed Futsal League wara l-aħħar riżultati li kellna mir-raba’ ġurnata ta’ logħob. Iċ-champions Luxol St Andrew’s, friski mill-parteċipazzjoni tagħhom fil-UEFA Futsal Champions League, iddominaw il-konfront kontra s-selezzjoni Maltija ta’ taħt id-19-il sena tant li rebħu 7-1. Jefferson Breno u Jhon Castro Pulido skorjaw doppjetta kull wieħed filwaqt li Mark Zammit, Nathan Cope u Lucas da Conceicao niżżlu wkoll isimhom fost l-iskorers. L-uniku gowl taż-żgħażagħ Maltin ġie skorjat minn Luca Suda. Referees kienu Clint Cassar u Marco La Rosa.
Swieqi United rebħu l-battalja kontra Ħamrun SC 4-3. Kienet logħba ferm sabiħa bi Swieqi li dejjem kienu minn fuq iżda bil-Ħamruniżi li dejjem baqgħu fil-logħba minkejja li fl-aħħar mill-aħħar ma ħadu l-ebda punti. Gregory Busuttil skorja doppjetta għal Swieqi filwaqt li Marcelo Alarcon u Rodrigo Rocha żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom. Rodney Debono, Amin Louati u Hamza Harrat kienu l-awturi tal-gowls Ħamruniżi. Referees kienu Stephen Vella u Clinton Cassar.
Ta’ Xbiex ukoll telgħu fl-ewwel post tal-klassifika wara skor ta’ 4-2 kontra Marsaskala Legends. Giancarlo Sammut, Bernardo Rosa, George Frendo u awtogowl ta’ Amir Ashtiyani kienu l-awturi tal-gowls għar-rebbieħa. Cristian Fernandez u Hugo Vinicius skorjaw għall-Iskalin. Referees kienu Clinton Cassar u Margretus Van der Val Gezinus.
L-Universita’ ta’ Malta komplew bil-mument pożittiv tagħhom wara li għelbu lil GŻR Birżebbuġa St Peter’s Futsal 5-0. Aaron Montebello, Andre Cachia, Steven Camilleri, Luke Anthony Borg u awtogowl ta’ Armando Gjepali iddeċidew il-konfront favur l-Universitarji. Referees kienu Danilo Francalanza u Margretus Van der Val Gezinus.
Klassifika: Luxol St Andrew’s, Swieqi United , University of Malta, Marsaskala Legends, Ta’ Xbiex 9, Selezzjoni Maltija U19 3, Ħamrun SC NCMB, Gżr Birżebbuġa St Peter’s Futsal, Selezzjoni Maltija U17 0
Ritratt: Nicholas Falzon