Fil-Polonja ħames tfajliet ta’ ħmistax-il sena tilfu ħajjithom wara nirien qabdu waqt li dawn kienu qed jilagħbu l-logħba magħrufa aħjar bħala ‘Escape Room’.
In-nirien seħħew f’Koszalin il-Ġimgħa filgħaxija u fil-każ indarab serjament żagħżugħ ta’ ħamsa u għoxrin sena.
Il-kawża tan-nirien għadha mhiex magħrufa iżda t-tfajliet kienu qed jiċċelebraw għeluq snin waħda mill-ħbieb tagħhom meta bdew jilagħbu din il-logħba li ssakkrek ġo kamra u trid tħabbel rasek biex tara kif se toħroġ.
B’rabta ma’ dan il-każ, il-President Pollakk Andrzej Duda wera s-sogħba tiegħu għal din it-traġedja.