Ħames spazji ħodor f’pajjiżna tranġaw minn Ambjent Malta biex iservu bħala żoni fejn jistgħu jsiru l-picnics u l-familji jqattgħu ħin ta’ mistrieħ.
Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia, fejn intqal li dawn il-ħames żoni ġodda jinsabu fil-Fgura, fis-Salini, l-Aħrax tal-Mellieħa, il-Miżieb u d-Dwejra tul il-Victoria Lines.
Id-Direttur responsabbli mill-proġetti ambjentali f’Ambjent Malta spjegat x’kien jinvolvi x-xogħol f’dawn il-ħames żoni.
Qal, “F’dan iż-żoni partikolari, Ambjent Malta għamlet xogħol ta’ żbir, għamlet ukoll xogħol ta’ skart li huwa mormi illegali, kif ukoll ta’ tneħħija ta’ speċi invażivi.”
Il–Ministru Aaron Farrugia qal kif iż-żoni ta’ rikreazzjoni huma dawk li jagħtu l-ħajja lill-komunitajiet, waqt li jtejbu l-kwalità tal-ħajja għar-residenti.
Qal, “Nafu wkoll li fuq il-green paper ħdimna wkoll ma’ dawk li huma dilettanti tal-karavans u l-campers u llum dik il-komunità hija kuntenta u nħarsu ‘l quddiem biex dik il-green paper tkompli toħloq żoni fejn il-familji jistgħu jirreakjaw ruħhom.”