Jannar tal-elfejn u għoxrin.
“Jien Robert Abela, solennement naħlef li naqdi fedelment u skont il-kuxjenza d-dmirijiet tiegħi bħala Prim Ministru, skont il-Kostituzzjoni u l-liġijiet ta’ Malta, mingħajr biża’ jew favur, hekk Alla jgħinni.”
Il-Prim Ministru Robert AbelaREKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ħames snin ilu, Robert Abela sar l-erbatax-il Prim Ministru ta’ Malta. Ħames snin li matulhom il-Prim Ministru kien man-nies u indirizza l-isfidi taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.
Mill-bidu tat-tmexxija tiegħu, il-Prim Ministru Abela wassal messaġġ ta’ għaqda. Messaġġ mill-aktar importanti fi żminijiet ta’ sfidi mingħajr preċedent: il-pandemija globali u żewġ gwerer bieb u għatba mal-kontinent Ewropew.
Minkejja li l-ekonomiji l-oħrajn fl-Unjoni Ewropea kienu u għadhom qrib riċessjoni, l-għaqal tal-Gvern Laburista, immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela, mhux biss wassal għal tkabbir ekonomiku qawwi, iżda wkoll kien soċjalment ġust.
Dan hekk kif il-prezzijiet tal-enerġija u l-fuels inżammu stabbli u m’għolewx għall-familji u n-negozji. B’Malta tkun l-uniku pajjiż mill-istati kollha fl-Unjoni Ewropea li m’għażilx it-triq tal-awsterità, hekk kif il-piż refgħu l-Gvern ta’ Robert Abela.
F’dawn il-ħames snin, il-qasam soċjali kompla jkun ta’ prijorità għall-Gvern Laburista. Dan hu evidenti biż-żidiet fil-pensjonijiet, fiċ-Childrens’ Allowance, l-In-Work Benefit u anke l-introduzzjoni tal-mekkaniżmu addizzjonali kontra l-għoli tal-ħajja.
Il-Gvern Soċjalista qed jgħin ukoll lill-qraba ta’ persuni b’diżabilità, waqt li kompla jindirizza l-inġustizzji tal-passat.
Miżura soċjali oħra, li daħlet taħt l-amministrazzjoni ta’ Robert Abela, hi li first-time buyers qed jirċievu €10,000 fuq għaxar snin.
Fl-aħħar ħames snin ukoll, il-Gvern żied il-ħidma tiegħu favur l-ambjent, speċjalment favur aktar spazji miftuħa.
Bl-għajta ‘Malta Flimkien’, il-Partit Laburista ta’ Robert Abela kiseb l-akbar rebħa elettorali. Dan f’kampanja man-nies, b’viżjoni ċara lejn il-futur ta’ pajjiżna wara l-pandemija.
F’nofs din il-leġiżlatura, il-Gvern jinsab iffokat biex iwettaq il-miżuri elettorali u, b’hekk, ikompli jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin.
Robert Abela. Ħames snin viċin in-nies. Ħames snin ta’ deċiżjonijiet.