F’ħames snin ta’ Robert Abela bħala Prim Ministru, ħarġet biċ-ċar ir-ruħ soċjali tal-Gvern, kemm fi żminijiet feliċi, iżda wkoll u, b’mod speċjali, fi żminijiet ta’ sfidi kbar.
Sena wara oħra, f’baġit wara l-ieħor, il-Gvern ta’ Robert Abela żied il-pensjonijiet. Fil-baġit għal din is-sena, il-pensjonanti qed jirċievu l-għaxar żieda konsekuttiva. B’dan ifisser li l-pensjonanti żdiedu b’€70 fil-ġimgħa taħt Gvern Laburista.
F’dawn il-ħames snin, l-amministrazzjoni tal-Prim Ministru Robert Abela kompliet taħdem biex ittejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-familji. Dan hekk kif issaħħaħ l-In-Work benefit, li qed jingħata b’mod awtomatiku għal dawk li huma eliġibbli u jingħata lil dawk l-aktar li għandhom dħul baxx.
Gvern Laburista, immexxi minn Robert Abela, introduċa wkoll il-mekkaniżmu addizzjonali kontra l-għoli tal-ħajja, benefiċċju intiż biex jagħti sostenn lil madwar 100,000 familja quddiem l-isfida tal-inflazzjoni.
Il-Gvern ta’ Robert Abela jaħseb sew fil-ħaddiema Maltin u Għawdxin, hekk kif, din is-sena, se jkunu qed igawdu minn tnaqqis fit-taxxi, b’investiment massiċċ ta’ €140 miljun. Dan l-investiment hu ferm aktar minn kemm ġie mwiegħed fil-manifest elettorali ‘Malta Flimkien’.
Taħt il-Gvern ta’ Robert Abela ġie ffirmat ukoll il-ftehim storiku li wassal għal żieda fil-Paga Minima Nazzjonali. Fl-Elezzjoni Ġenerali tal-2022, il-Partit Laburista wiegħed li, f’ħames snin, iċ-Childrens’ Allowance se jiżdied b’€450 għal kull wild. Iżda f’nofs il-leġiżlatura dan il-benefiċċju diġà żdied b’€590 jew €140 aktar minn dak imwiegħed.
Dan filwaqt li, wara l-pandemija globali, eżattament minn meta bdiet l-invażjoni Russa fl-Ukrajna, il-Gvern ta’ Robert Abela ta l-akbar sussidji lill-familji u n-negozji, dawk fuq l-elettriku, il-gass, il-fuels, iċ-ċereali u l-għalf għall-annimali, biex inżammew stabbli għadd ta’ prezzijiet ta’ oġġetti essenzjali.
Dan f’perjodu ta’ kriżi enerġetika fejn il-prezzijiet splodew fl-Unjoni Ewropea, b’Malta tkun l-uniku pajjiż refgħet dan il-piż minn fuq iċ-ċittadini kollha.
Il-Gvern ta’ Robert Abela jaħseb ukoll fil-persuni b’diżabilità. Fost oħrajn il-Carers’ Grant, li fl-2022 kien €500 issa żdied għal €5,190 din is-sena.
Ma’ dawn il-miżuri hemm oħrajn mill-aktar Soċjalisti, hekk kif fil-baġit għal din is-sena tħabbar li dawk il-ġenituri prospettivi li jaħdmu għal rashom u li għaddejjin bi trattament tal-IVF se jingħataw ukoll sa mitt siegħa leave mħallas mill-Gvern.
Ħames snin ta’ Robert Abela. Ħames snin ta’ Gvern soċjalment ġust.