Ħames plejers mill-Kampjonat Premier ġew sospiżi logħba kull wieħed mill-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA.
L-għar li marru huma Sliema Wanderers li għal partita kontra Hamrun Spartans ta’ nhar il-Ġimgħa ser ikunu mingħajr Oscar Linton Bethancourt u Juan Pablo Morales Rengifo.
Michael Johnson ta’ Balzan u Andre Prates ta’ St. Lucia ġew sospiżi logħba kull wieħed u għalhekk ser jitilfu il-partita kontra xulxin ta’ nhar il-Ġimgħa.
Nevin Portelli ta’ Gzira ser jitlef il-partita kontra Sirens li wara li wkoll ġie sospiż logħba.