Il-Qorti ħarġet ordni biex jinstabu ħames persuni, erbgħa Maltin u Malti-Awstraljan, li jridu jidhru quddiemha b’rabta ma’ każi ġudizzjarji.
Stqarrija tal-Pulizija qalet li l-individwi – il-Maltin Anthony Bartolo ta’ 68 sena, Christopher Mifsud ta’ 63 sena, Charles Le Brun ta’ 72 sena, Doreen Mason ta’ 54 sena u l-Malti-Awstraljan Manuel Cassar ta’ 48 sena – jridu jidhru quddiem il-Qorti.
Għaldaqstant intalbet l-għajnuna tal-pubbliku u kull min għandu xi informazzjoni dwar xi wieħed minnhom hu mħeġġeġ jikkuntattja lill-Pulizija.
Persuni, li jistgħu jibqgħu anonimi, għandhom jikkuntattjaw lill-Pulizija fuq in-numri 21224001 jew 119, inkella billi jżuru l-eqreb għassa tal-pulizija.