Ħames persuni mietu meta xi persuni qabbdu fabbrika tat-tessuti fil-belt kapitali taċ-Ċilì, Santiago, waqt protesti li qed isiru bħalissa fil-belt. Il-pulizija kif ukoll truppi militari użaw gass tad-dmugħ kif ukoll l-ilma sabiex jikontrollaw il-konfużjoni li qajjmu d-demostranti. Intant, ġiet imposta curfew f’diversi ibliet madwar il-pajjiż.
L-istat ta’ emerġenza li diġà hemm f’Santiago se jkun qed jiġi estiż f’ibliet fit-tramuntana u fin-nofsinhar tal-pajjiż. Il-protesti huma mqanqla minn żieda fit-tariffi tal-metrò, iżda d-demostranti komplew jinkorlaw dwar l-ispejjeż tal-ħajja kif ukoll l-inugwaljanza. Intant, il-President Ċilen, Sebastián Piñera, qal li l-Gvern qiegħed fi gwerra kontra għadu, jirreferi għad-dimostranti, li huwa lest li juża l-vjolenza mingħajr limitu.