Tliet persuni li kienu passiġġieri f’karozza li kienet involuta f’inċident tat-traffiku, ittieħdu l-Isptar Mater Dei.
L-inċident seħħ tard ilbieraħ filgħaxija għaxar minuti qabel nofsillejl fi Triq l-Istabel f’Ħal Qormi, meta seħħet ħabta bejn vettura tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ erbgħa u ħamsin sena miż-Żurrieq u karozza tat-tip Volkswagen Polo misjuqa minn żagħżugħ t’għoxrin sena minn Ħ’Attard.
Fil-Polo kien hemm ukoll tliet passiġġieri – żagħżugħ ta’ ħamsa u għoxrin sena u żagħżguħa ta’ tmintax residenti San Pawl il-Baħar, flimkien ma’ żagħżugħa t’għoxrin sena minn Tas-Sliema.
Iż-żagħżugħ minn San Pawl u t-tfajla minn Tas-Sliema ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi gravi, filwaqt li ż-żagħżugħa ta’ tmintax minn San Pawl sofriet ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.