Ħames persuni nstabu li kienu qed jiksru l-liġi u għalhekk ġew immultati €3,000 kull wieħed. Mindu bdew l-ispezzjonijiet s’issa l-awtoritajiet ħarġu total ta’ 40 multa għal ksur tal-kwarantina obbligatorja.
Fl-aħħar 24 siegħa saru 421 spezzjoni madwar Malta u Għawdex.
Għal darb’oħra, l-appell jibqa’ dejjem li kulħadd għandu jkun responsabbli u jikkopera mad-direttivi li qed jingħataw mill-awtoritajiet.