Raġel armat qatel ħames persuni f’bank fi Florida. Il-każ seħħ fil-bank SunTrust f’Sebring, meta l-qattiel – Zephen Xaver ta’ wieħed u għoxrin sena qal hu stess li kien spara lil ħames persuni.
L-aggressur issakkar fuq ġewwa tal-bank, pero aktar tard radd ruħu b’idejh lill-pulizija. Madanakollu ma offrew l-ebda raġuni dwar x’seta’ kien il-mottiv wara dan l-attakk.