Xarabank telqet minn triq f’Moska u spiċċat f’entratura taħt l-art bil-konsegwenza li ħalliet minn tal-inqas ħames persuni mejta u ħmistax midruba. L-inċident seħħ qrib l-istazzjon ta’ Slaviansky Boulevard fil-punent ta’ Moska.
Minkejja li l-kawża tal-inċident ma kinitx immedjatament ċara, ma kien hemm l-ebda ħjiel li dan seta’ kien attakk terroristiku.
Intqal li x-xufier qal lill-pulizija li l-vettura bdiet tiċċaqlaq ħabta u sabta.
Jidher li x-xufier prova jwaqqafha bil-brejkijiet iżda dawn ma ħadmux.