Grupp ta’ 5 ministri fit-tim ta’ Theresa May qed jittamaw li jipperswaduha tagħmel bidliet fil-ftehim draft ta’ Brexit.
Jidher li l-Mexxejja tal-Commons, Andrea Leadsom qed tmexxi lill-istess grupp.
Il-ħames ministri jinkludu lil Michael Gove u Liam Fox, li fil-jum tal-Ġimgħa pubblikament urew l-appoġġ lejn May, flimkien ma’ Penny Mordaunt u Chris Grayling.
May ippubblikat l-abbozz ta’ ftehim tad-divorzju minn mal-Unjoni Ewropea fil-jum tal-Erbgħa, u wegħdet li se tassigura li Brexit iseħħ.