L-atleti malti rebħu ħames midalji oħra waqt l-iSpecial Olympics World Games li qed isiru f’Berlin il-Ġermanja. Matul il-ġurnata tal-Ġimgħa intrebħu żewġ midalji tad-deheb u tlieta tal-fidda.
Żewġ midalji fit-Table Tennis Individwali. Doreen Vella rebħet id-deheb filwaqt li Sam Borg rebaħ il-fidda.
Żewġ midalji tal-fidda intrebħu fil-Bowling Individwali. Rachel Chircop spiċċat fit-tieni post b’total ta’ 470. Min-naħa tagħha Natasha Bianchi spiċċat fit-tieni post b’total ta’ 380.
U l-midalja l-oħra tad-deheb waslet mill-Għawm. Dan hekk kif Maria James spiċċat fl-ewwel post fil-50m Freestyle b’ħin ta’ 46.63 sekondi.