Ħames persuni tressqu l-Qorti b’arrest wara li allegatament kissru is-sanzjonijiet li hemm fuq il-Libja.
Dawk akkużati huma n-negozjant James Fenech ta’ wieħed u erbgħin sena mill-Mellieħa u erba’ ħaddiema li jaħdmu miegħu.
Huwa tressqu l-qorti wara investigazzjonijiet mill-iskwadra ta’ kontra terrorizmu.
Huma ġew akkużati li f’Lulju li għadda, wara kuntratt kummerċjali bejn kumpanija Maltija u oħra fl-Emirati Għarab Magħquda, bagħtu żewġ dgħajjes lejn il-Libja biex jintużaw għall-evakwazzjoni f’każ ta’ emerġenza għall-ħaddiema tal-kumpanija fl-Emirati Għarab Magħquda.
Allegatament huma bagħatu dawn id-dgħajjes mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet Maltin.
Il-Maġistrat Victor Axiaq tahom l-ħelsien mill-arrest iżda l-każ se jkun qed jitkompla fil-Qorti.
L-akkużati wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom.
Jekk jinstabu ħatja huma jistgħu jeħlu sa massimu ta’ ħames miljun ewro kull wieħed jew inkella sa massimu ta tnax-il sena ħabs.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mis-Supretendent George Cremona u l-ispettur Omar Zammit.