Fl-aħħar sigħat feġġew ħames każijiet minn fost 2,374 test.
Dan ifisser li issa f’pajjiżna hawn 45 każ attiv ta’ COVID-19.
Fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 985,629 test.
Ingħataw ukoll 664,859 doża tal-vaċċin.
Minnhom, 358,168 persuna ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 320,604 persuni huma kompletament imlaqqma.
Intant fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.