Żewġ stati membri tal-Unjoni Ewropea ser ikunu qed jieħdu l-immigranti li kien abbord il-bastiment Alan Kurdi. Dan wara diskussjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea.
Malta qablet li tkun parti mis-soluzzjoni Ewropea billi offriet li jinżlu fuq xtutna ħames immigranti li ser jiġu rrikolati immedjatament.
Dan għamlitu wara li l-organizzazzjoni mhux governattiva Sea-Eye li topera l-istess bastiment, irtirat il-protest ġudizzjarju li fetħet kontra Malta.
Filwaqt li l-immigranti kollha li niżlu fuq xtutna qegħdin jiġu rikolati fi stati membri tal-UE, il-Gvern stqarr li pajjiżna ser jibqa’ kommess li jieħu deċiżjonijiet li jassiguraw bilanċ bejn ir-responsabbilità u s-solidarjetà.