Ħames anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19. Dan qalu fi stqarrija l-Ministeru għas-Saħħa.
Fl-ewwel każ anzjan ta’ 76 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-6 ta’ Novembru. Huwa miet ilbieraħ fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Fit-tieni każ anzjana ta’ 75 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-11 ta’ Novembru. Hija mietet ilbieraħ fil-Good Samaritan Long Term Care Facility.
Fit-tielet każ anzjan ta’ 83 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-2 ta’ Novembru. Huwa miet aktar kmieni llum fil-Good Samaritan Long Term Care Facility.
Fir-raba’ każ anzjan ta’ 82 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-11 ta’ Novembru. Huwa miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
Fil-ħames każ anzjan ta’ 88 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-16 ta’ Novembru. Huwa miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
Il-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjani u appella biex kulħadd jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni.