Fost l-14-il każ ġdid ta’ Coronavirus li feġġew tul dawn l-aħħar 24 siegħa hemm ħamsa minnhom li huma każijiet li jinvolvu anzjani.
L-età tagħhom tvarja bejn 60 u 76 sena.
L-ewwel każ huwa ta’ anzjana li għandha 76 sena li tinsab rikoverata fl-isptar ġenerali t’Għawdex.
Il-każijiet l-oħra huma kollha rġiel fosthom hemm anzjan ta’ 76 sena, ieħor ta’ 73 sena, każ ieħor ta’ 61 sena u każ ieħor ta’ raġel li għandu 60 sena.