Il-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat żar il-fabbrika Halmann Vella Ltd. wara investiment ta’ €7 miljun.
Investiment li wassal sabiex isir tkabbir fl-impjant kif ukoll avvanzi fil-proċess tal-manifattura li saħansitra wasslu biex għamlu lil din il-kumpanija fost l-aqwa fl-Ewropa.
Fil-preżent, din il-kumpanija tħaddem aktar minn 200 ħaddiem li ta’ kuljum jipproduċu prodotti fosthom bankijiet tal-kċina kif ukoll madum fost oħrajn.