L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal sostna li kull tifel u tifla għandhom ikollhom garanzija ta’ edukazzjoni ta’ kwalità anke fi żmien tal-pandemija.
Fi stqarrija l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal qal li l-kwalità tal-edukazzjoni qatt ma għandha titħalla tbati meta jittieħdu miżuri ta’ sigurtà tas-saħħa sew jekk l-edukazzjoni qiegħda tingħata l-iskola bit-tfal preżenti jew inkella b’mod virtwali fid-dar.
L-Uffiċċju appella lil kull min huwa involut fl-edukazzjoni biex iżomm lura u jħalli l-awtoritajiet tas-saħħa pubbliċi jiddeċiedu huma x’miżuri għandhom jittieħdu meta jfeġġ xi każ ta’ Covid-19 fl-iskejjel.
L-Uffiċċju sostna li huma biss dawn l-awtoritajiet li għandhom id-dritt esklussiv u r-responsabbiltà li jieħduhom.