Bemba kien instab ħati f’Marzu li għadda u li wettaq dawn l-offiżi attroċi fir-Reppublika Ċentrali Afrikana fis-sena 2002 u s-sena ta’ warajha.
Kien akkużat ukoll li naqas milli jrazzan lir-ribelli milli joqtlu u jistupraw nies innoċenti filwaqt li t-tim t’avukati li qed jiddefendu lil Bemba diġa qalu li se jkunu qed jappelaw minn din is-sentenza.
F’The Hague, il-Maġistrat qalet li Bemba naqas milli jżomm kontroll fuq il-gruppi ta’ milizzja, b’madwar elf suldat li ntbgħatu fl-Afrika Ċentrali u wettqu diversi ħruxijiet.