Ciranna kien akkużat li seraq minn djar f’ Marsaskala, Ħaż-Żabbar, Birkirkara u minn pompa tal-petrol f’ Ħal Qormi fejn fost oħrajn seraq ġojjellerija, arloġġi, ornamenti, flus kontanti u batteriji tal-karozzi. B’kollox il-valur tal-oġġetti misruqa jaqbeż il-mitt elf ewro.
L-isqalli kien mixli wkoll li kkawża ħsara fil-propjetajiet li seraq minnhom. Fl-għoti tas-sentenza, filwaqt li nnotat li r-raġel mgħandux impjieg u li għandu l-vizzju tad-droga, il-qorti ikkunsidrat li l-kondotta kriminali tiegħu kienet mimlija u li kkopera biss mal-pulizija dwar serqa waħda.
Il-Maġistrat Joe Mifsud stqarr li Cirana ngħata opportunita mill-qorti biex jirriforma ruħu permezz ta’ parole iżda din ma serviet għal xejn għalhekk tah sentenza ħabs li tulha irid joqgħod għat-trattament tal-vizzju tad-droga. Wara dan il-perjodu, Carmelo Ciranna se jintbagħat lura l-Italja.