Raġel raġel mgħammad u armat b’sikkina ħarab minn fuq il-post wara li pprova jisraq minn ħanut tal-ġojjellerija.
Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tas-sitta u nofs fi Triq it-Torri, tas-Sliema.
Il-Pulizija marret fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li r-raġel daħal fil-ħanut iżda waħda mill-impjegati indunat bih u immedjatament talbet għall-assistenza tal-Pulizija.
Kif ra hekk l-allegat ħalliel ħarab minn fuq il-post mingħajr ma’ laħaq seraq xi ħaġa. Iż-żewġ ħaddiema li kienu fil-ħanut ma’ sofrew l-ebda ġrieħi.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Natasha Galea Sciberras ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.