Ħalliel seraq ammont ta’ flus minn ħanut f’Ħal Balzan.
Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tad-21:30 fi Triq il-Wied, Ħal Balzan.
Fuq din l-informazzjoni, il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li raġel li kien liebes hoddie u li allegatament kien armat daħal fil-ħanut, seraq xi flus kontanti u ħarab minn fuq il-post.
Waqt is-serqa kien hemm impjegata ta’ 44 sena residenti Birkirkara. Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
L-investigazzjonijiet tal-Puliz ija għadhom għaddejjin.